Fl-Awstralja jitwieled partit għall-Musulmani

Fl-Awstralja twaqqaf l-ewwel partit tal-Musulmani, li se jikkontesta l-elezzjonijiet li jmiss għas-Senat u dawk ġenerali.
Il-partit tnieda f’Sydney ilbieraħ, bil-fundatur Diaa Mohamed jgħid li l-partit twaqqaf biex jagħti vuċi iktar soda lill-Musulmani fil-pajjiż.
Qal li twieled ukoll b’reazzjoni għal diversi partiti fl-Awstralja li għandhom aġenda kontra l-Musulmani jew l-Iżlam.
Il-fundatur tal-Australian Muslim Party kkundanna l-attakki li seħħew f’Pariġi nhar il-Ġimgħa u saħaq li l-Iżlam jipprojbixxi l-qtil ta’ nies innoċenti.
Imma sostna wkoll li l-partit tiegħu ma jistax jappoġġja l-invażjoni ta’ pajjiż Musulman minn ieħor barrani, anke jekk ikun bi tweġiba għal attakki bħal dawk ta’ Pariġi, u ta l-eżempji tal-invażjonijiet fl-Afganistan u fl-Iraq u r-riżultati tagħhom.