Awstralja: Skarsezza u serq ta’ toilet paper kawża tal-coronavirus

Ġurnal jipprovdi tmien faċċati bħala Toilet paper fid-dawl tal-iskarsezza tal-prodott

FILE PHOTO: File picture of a customer picking up rolls of toilet paper at a Hong Kong market following the coronavirus outbreak February 8, 2020. REUTERS/Tyrone Siu/File Photo

Read in English.

It-tixrid tal-Coronavirus fl-Awstralja wassal biex għadd ta’ nies imorru fil-ħwienet tal-pajjiż u jixtru provisti ta’ għadd ta’ affarijiet. Fost dawn kien hemm il-provisti tat-toilet paper. Fil-fatt dan wassal għal skarsezza kira u l-kumpaniji li jipproduċu it-toilet paper kellhom izidu l-produzzjoni tagħhom bier ikunu jistgħu ilaħħqu mad-domanda.

Dan il-każ wassal ukoll biex ikun hemm numru ta’ każi ta’ serq ta’ dan l-istess prodott.

Apparti minn hekk is-sitwazzjoni tal-Coronavirus wasslet bier f’ċerti każijiet il-ħwienet ibiegħu dan il-prodott bir-‘ration’ sabiex kulħadd ikun Vista’ jakkwista b’limitu dan il-prodott li issa sar promoot preġjat.

Fid-dawl ta’ dan, kien hemm ġurnal Partikularismus Awstraljan li ddeċieda li fil-ħarġa tal-gazzetta jipprovdi tmien faċċati volta u perforati biex il-qarrejja jkunu jistgħu jużawha flok toilet paper.

Il-gazzetta, NT News ddedikat dawn it-tmien paġni biex il-qarrejja isibuhom utli f’każ ta’ emerġenza.