Fl-aqwa żmien sejrin lejn żmien il-gwerra – Delia

Delia Malta gwerra nies jgħixu barra

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li f’dak li għandu jkun l-aqwa żmien tagħha, Malta qed tinbidel għal kif kienet fil-gwerra.

Delia qal dan fuq l-istazzjon tat-televixin NET. Spjega kif hemm numru ta’ nies li qed jgħixu fil-ġonna jew fuq xi kartuna mal-art. Delia tkellem dwar il-kirjiet għoljin u kif “disa’ persuni qed jgħixu f’appartamenti bi tliet kmamar tas-sodda”.

Waqt il-programm Delia tkellem ukoll dwar il-każ kostituzzjonali li fetaħ biex jingħata kopja tar-rapport sħiħ dwar l-inkjesta fil-kumpanija Egrant. Qal li l-Avukat Ġenerali ta’ Malta Peter Grech li suppost qed jipproteġi lin-nies qed jikser il-kostituzzjoni hu stess.