Fl-Amerka: Persuna mejta wara li fetħu n-nar fi skola

A parent reacts near the STEM School during a shooting incident in Highlands Ranch, Colorado, U.S. in this May 7, 2019 image obtained via social media. STEFFAN TUBBS/VIA REUTERS

Żewġ ġuvintur armati b’pistoli fetħu n-nar ġewwa skola tax-xjenza u t-teknoloġija f’Denver, fejn qatlu lil student u kkawżaw ġrieħi gravi lil sebgħa oħra qabel ma ġew ikkontrollati minn uffiċjali tal-liġi.

Skont uffiċjal tad-distrett student ta’ tmintax-il sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bosta vittmi li salvaw dan l-attakk kienu inizjalment evalwati li qegħdin f’kundizzjoni kritika, u kienu jirrikjedu kirurġija u kura fl-isptarijiet.

L-Uffiċjal semma’ li l-akkużati huma żewġ studenti tal-istess skola, b’wieħed minnhom taħt it-tmintax-il sena. Huma allegament fetħu l-isparar f’żewġ klassijiet separati. Il-pulizija waslu fuq il-post żewġ minuti wara l-ewwel sparatura.

L-investigazzjoni se tiġi mmaniġġjata mill-FBI.

Filmat: Trump irid aktar armi fl-idejn, did-darba fl-iskejjel