Fl-Amerka; attakk fuq sinagoga, persuna mejta

Read in English.

L-FBI stqarret li rċviet numru ta’ ħjieli dwar periklu ta’ sigurtà minuti qabel ma persuna fetħet in-nar f’sinagoga f’California nhar is-Sibt li għadda. L-inċident ħalla mara mejta u tlieta midruba.

Il-pulizija qed jinvestigaw x’seta mmotiva lis-suspettat ta’ 19-il sena biex jiftaħ in-nar fis-sinagoga. L-FBI qalet li l-informazzjoni li daħlitilhom permezz ta’ telefonata ma kinitx speċifika u wisq anqas kienu jafu bil-post eżatt ta’ fejn kellha sseħħ. L-Investigaturi b’mod immedjat bdew b’ħidmiethom biex jiskopru min kien l-awtur ta’ dan kollu, iżda l-attakk beda biss 5 minuti wara li rċevew it-telefonata.

L-attakk seħħ 6 xhur mill-ġurnata fejn 11-il persuna inqatlu ġewwa s-sinagoga ta’ Pittsburgh fl-Amerka.