Fl-Alaska; 2 mejta wara li ajruplan baqa’ dieħel f’port

Pilota u passiġġier mietu wara li l-ajruplan li kienu fuqu baqa’ dieħel f’port qrib Ketchikan fl-Alaska. L-uffiċjali ta’ Ketchikan qalu li abbord kien hemm biss żewġ persuni abbord meta ħabat għall-ħabta tal-4:00pm.

Iċ-ċirkustanzi l-għaliex l-ajruplan ħabat u l-identajiet tal-persuni li mietu ma ġewx ippubblikati b’mod immedjat. Ġimgħa qabel, ajruplan ieħor simili kien involut fi traġedja oħra hekk kif 13-il persuna sfaw mejta.