Jinqabad b’2kg kokaina fl-ajruport

Read in English.

Il-lejl li għadda d-dipartiment tad-dwana qabad passiġġier li fil-bagalja tiegħu kellu żewġ kilogrammi droga kokaina li tammonta għal iktar minn €200,000.

Il-passiġġier niżel Malta minn Brussell u twaqqaf mill-uffiċjali tad-dwana wara li għadda mill-blue channel exit. Huwa ntalab li jgħaddi l-bagalja mill-iscanner u kien hawnhekk li ġew innutati żewġ pakketti suspettużi. Il-pakketti kienu jinkludu trab abjad li wara t-testijiet li saru rriżulta li kienet droga kokaina li l-valur tagħha jaqbeż il-€200,000.

B’din is-sejba ġiet infurmata l-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga. Huma skortaw lill-passiġġier u l-affarijiet tiegħu għall-kwartieri tal-pulizija għall-iktar investigazzjonijiet.