Fl-aħħar sitt xhur tal-2012 irrapurtati 713-il karta tal-ewro falza

Bejn Lulju u Diċembru tal-2012 ġew irrapurtati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta 713-il karta tal-ewro falza, jew 25 fil-mija inqas mid-951 misjuba bejn Jannar u Ġunju tal-istess sena. Dan iġib l-ammont ta’ 1,664 bħala l-ammont tal-flus foloz irtirati, żieda ta’ 7.8 fil-mija fuq l-ammont tas-sena 2011.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qal li minkejja il-ftit każi ta’ flus foloz irrapurtati, jibqa’ wissi lill-pubbliku biex jibqa’ attent meta jagħmel transazzjonijiet bi flus kontanti, u kull min jissuspetta li għandu f’idejħ karta tal-flus falza għandu jċempel lill-pulizija fuq in-numru tat-telefown 21 224 001 jew lill-Bank Ċentrali ta’ Malta fuq it-telefown 25 506 012 jew 25 506 013