Fl-aħħar jum tiegħu Simon Busuttil ġie injorat mill-Gvern – Aquilina

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fakkar li llum taħbat l-aħħar ġurnata tal-ħidma parlamentari tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil fil-Parlament Malti.

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, Dr Aquilina rringrazzja lil Simon Busuttil għall-ħidma li wettaq waqt li akkuża lill-Gvern li injorah u ma wriehx rispett.

Min-naħa tiegħu, il-Whip Laburista Glenn Bedingfield qal li l-Gvern m’għandux problema biex isellem lil Busuttil. Huwa qal li l-Gvern juri rispett lil kulħadd.

Il-MP tal-PN Simon Busuttil inħatar bħala s-Segretarju Ġenerali tal-grupp tal-EPP fil-Parlament Ewropew. Hu rreżenja mill-kariga tiegħu bħala MP fil-Parlament Malti.