Aġġornata: Ritratti: Jidħlu 9 immigranti fuq dgħajsa f’Malta

Read in English.

Disa’ immigranti daħlu f’Malta fuq dgħajsa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-immigranti daħlu għall-ħabta tas-6:30 pm f’Wied il-Għajn fil-limiti taż-Żonqor.

Skont il-Pulizija ħadd mill-immigranti ma kellu bżonn għajnuna medika.

Numru ta’ uffiċjali mir-Rapid Intervention Unit u mit-taqsima tal-immigrazzjoni marru fuq il-post.

L-immigranti huma seba’ Sirjani (ħamest’irġiel u tifel ta’ seba’ snin) u żewġ Libjani.

Fi stqarrija maħruġa għall-ħabta tad-9:00 pm, il-Pulizija qalet li d-disa’ persuni ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar verifikazzjonijiet.