Fl-2020 s’issa tressqu 2 persuni l-Qorti fuq ħasil ta’ flus

Anti-money laundering

S’issa matul din is-sena tressqu żewġ persuni l-Qorti fuq reati relatati mal-ħasil tal-flus.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri wara li sarulu mistoqsijiet fuq is-suġġett mill-MPs tal-PN Jason Azzopardi u Claudio Grech.

Grech staqsa dwar kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati relatati ma’ ħasil ta’ flus mill-2015 sal-2020.

Camilleri qal li b’kollox tressqu 50 persuna

  • 2015: 5
  • 2016: 4
  • 2017: 16
  • 2018: 12
  • 2019: 11
  • 2020: 2

Azzopardi staqsa lil Camilleri kemm-il każ ta’ ħasil ta’ flus tressaq fil-Qorti mill-2014 sal-2020.

Camilleri qal li b’kollox kien hemm 37 każi.

  • 2014: 4
  • 2015: 4
  • 2016: 5
  • 2017: 6
  • 2018: 8
  • 2019: 8
  • 2020: 2

Matul l-2019 f’Malta ġew irreġistrati aktar każijiet ta’ ħasil ta’ flus. Dan joħroġ mir-riżultati tar-rapport annwali tal-kriminalità f’Malta li tħabbru mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri. Fir-rapport ingħad kif il-każijiet ta’ ħasil ta’ flus fl-2019 żdiedu b’9% għal total ta’ 36 każ. Din il-kategorija bdiet tiġi rrekordjata spearatament mill-każijiet l-oħra mill-2017 fejn ġew irrappurtati 17-il każ filwaqt li fis-sena 2018 kien hemm 33 każ, dejjem skont ir-rapport.