“Fl-2016 aktar minn erba’ miljun żagħżugħ bla impjieg fl-UE” -Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) qalet li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (UE) mhix tissodisfa l-għanijiet tagħha.
Skont rapport ġdid li nħareġ mill-QEA, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE għamlet progress limitat.
Membru ta’ din il-Qorti qal li f'nofs l-2016 kien għad hemm aktar minn erba' miljun persuna ta' taħt il-25 sena li kienu qiegħda fl-UE kollha. 
L-awdituri sabu li hemm nuqqas ta' strateġiji ċari biex ikunu jistgħu jintlaħqu dawk kollha li għandhom bżonn offerti ta' impjieg, edukazzjoni jew taħriġ.
L-għan ta’ din il-Garanzija hu li tgħin liż-żgħażagħ li ma għandhomx xogħol jew edukazzjoni,
Taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, l-Istati Membri huma mistennija jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha jirċievu offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwata, apprendistat jew taħriġ  fi żmien erba' xhur minn meta jtemmu l-iskola jew jisfaw qiegħda.