Laqgħa dwar il-konservazzjoni tat-tonn Atlantiku f’Malta fl-2015

Malta ġiet magħżula biex torganizza l-laqgħa tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) li se ssir is-sena d-dieħla.
Il-Gvern Malti laqa’ din id-deċiżjoni li ttieħdet wara vot unanimu waqt sessjoni plenarja tal-ICCAT li għaddejja bħalissa f’Genoa, l-Italja.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, Roderick Galdes, qal li din id-deċiżjoni ġiet ġimgħa wara li l-Kummissjoni Ewropea tat ċertifikat lil Malta għall-implimentazzjoni tar-rakomondazzjonijiet tal-ICCAT u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
Il-laqgħa se tkun qed issir f’Novembru tas-sena d-dieħla u għaliha se jaslu Malta 600 delegat minn madwar id-dinja.