Fl-2012: iktar minn 3,400 każ ta’ serq minn ħwienet u karozzi

Bejn Jannar u Diċembru tal-2012 b’kollox ġew irrappurtati lill-Pulizija 3,439 każ ta’ serq, kemm minn xi post u anke minn karozzi.

Skont statistika miġbura mill-Pulizija, jidher li San Ġiljan u San Pawl il-Baħar huma l-iktar żewġ lokalitajiet li jkun hemm serq.

F’Malta kien hemm 3,374 serqa filwaqt li f’Għawdex ġiet irrappurtata 65 serqa biss.

Mill-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex b’kollox ġiet irrappurtata 1,028 serqa minn bars u ristortanti.

LokalitàSerq minn bar/ristoranti
San Ġiljan788
San Pawl il-Baħar48
Sliema45
Rabat28
Valletta16
Wied il-Għajn11

Kif forsi wieħed jistenna, l-iktar każi ta’ serq minn ħwienet fl-2012 ġew irrappurtati f’Tas-Sliema u San Ġiljan. Fil-lokalitajiet kollha kien hemm 543 rapport.

LokalitàSerq minn ħwienet
Sliema76
San Ġiljan60
Valletta41
San Pawl il-Baħar36
Raħal Ġdid27
Qormi24

Skont din l-istatistika, jidher li l-akbar ammont ta’ serq isir minn vetturi. Bejn Jannar u Diċembru li għadda kien hemm 1,562 każ ta’ serq minn vetturi, b’Tas-Sliema l-iktar lokalità fil-mira ta’ dawn il-każi.

LokalitàSerq minn vetturi
Sliema186
San Ġiljan108
B’Kara92
San Pawl il-Baħar79
Msida61
Gżira58

Fl-2012 kien hemm 306 rapporti ta’ serq ta’ vetturi. F’San Pawl il-Baħar biss kien hemm 30 karozza li nsterqet.

LokalitàSerq ta’ vetturi
San Pawl il-Baħar30
San Ġiljan28
Gżira20
Sliema17
Qormi16
Raħal Ġdid14