Fl-2011, 21% tal-Maltin kienu f’riskju ta’ faqar

Fl-2011, 21% tal-popolazzjoni Maltija kienet f’riskju ta’ faqar, filwaqt li 26% ta’ tfal taħt it-18-il kienu f’dan ir-riskju. 21% tal-anzjani kienu f’riskju ta’ esklużjni soċjali jew faqar.

Skont l-aġenzija Eurostat, 27% tat-tfal Ewropej li għandhom inqas minn 18-il sena kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużżjoni soċjali fl-2011.

Ir-riskju ta’ faqar jonqos skont il-livell ta’ edukazzjoni tal-ġenituri.

L-ogħla livelli ta’ faqar kienu fil-Bulgaria, r-Rumanija, l-Latvia, l-Ungarija u l-Irlanda.

Il-pajjiżi l-inqas foqra huma il-Finlandja, Danimarka u l-Iżvezja.

Tfal b’ġenituri barranin huma f’inqas riskju ta’ povertà f’Malta, imqabbla ma tfal fl-istess sitwazzjoni f’pajjiżi Ewropej. 18% tat-tfal b’mill-inqas ġenitur wieħed barrani huma f’riskju ta’ faqar f’Malta. Din ir-rata tvarja minn 15% fir-Repubblika Ċeka sa 39% fi Franza.