F’koma wara li waqa’ 4 sulari; qed jiġbru fondi biex ikun ma’ familtu f’pajjiżu

Read in English.

Ħbieb ta’ raġel ta’ 45 sena li spiċċa f’koma wara li waqa’ erba’ sulari qed jiġbru l-fondi biex ikun jista’ jintbagħat lejn ir-Renju Unit.

Skont The Evening Standard, ir-raġel li huwa Ingliż waqa’ minn gallarija ta’ lukanda fil-limiti tal-Marfa. Huwa kellu għadd ta’ ksur u spiċċa f’induced coma. Hu għandu żewġt itfal.

Is-sieħba tiegħu qalet li l-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu f’nofs Awwissu u li ma tafx x’ġara.

Fil-periklu wal-mewt wara li waqa’ minn gallarija fil-Mellieħa

Il-ħbieb u l-qraba tar-raġel qed jippruvaw jiġbru madwar €20,000. Dan biex ambulanza tal-ajru tkun tista’ tieħdu lejn ir-Renju Unit fejn hemm is-sieħba u l-familja tiegħu.

Min ikun jixtieq jagħti xi donazzjoni, jista’ jidħol hawn.