FKNK tinsisti li l-MaltaPost qed tiddiskrimina lin-nassaba

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) sostniet li l-MaltaPost qed tiddiskrimina man-nassaba għax ma taċċettax li dawn iħallsu l-liċenzja tagħhom jekk mhux bi flus kontanti.

Għalhekk, fi stqarrija, il-Federazzjoni talbet lill-membri tagħha sabiex meta jmorru jħallsu jagħmlu dan bi flus kontanti. Spjegat li jidher li din id-diskriminazzjoni ssir fil-konfront tal-kaċċaturi u n-nassaba biss.

L-istqarrija ffirmata mis-Segretarju Daniel Xriha tgħid ukoll li n-nassaba li mhux se japplikaw għal-liċenzja tal-insib din is-sena, mhux se jitilfu l-Liċenzja Ġenerali tal-Insib, tal-5 snin, li diġà għandhom.