FKNK: L-ibbalzmar hu aċċettabbli minn kulħadd

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), irreaġixxiet kontra l-aġir negattiv tal-BirdLife Malta (BLM) dwar l-attività li ttellgħet bl-għasfar u bl-annimali bbalzmati fil-ġonna tal-Buskett.
B’reazzjoni għall-istqarrija tal-BLM li sostniet li l-ibbalzmar huwa att ta’ stmerrija, l-FKNK qalet li l-ibbalzmar huwa stmat ħafna, aċċettabbli minn kulħadd u popolari madwar id-dinja. Barra minn hekk, tenniet li huwa neċċessarju għall-mużewijiet tal-istorja naturali fid-dinja.
Il-BLM, qalet li l-attività tal-ibbalzmar kienet att illegali għaliex il-Buskett huwa Riżerva Naturali u ma żżommx għasar. L-FKNK argumentaw li l-BLM  ta’ sikwit kienu jonsbu għall-għasafar protetti fil-Buskett u huma stess wettqu att illegali meta kienu ħarqu għasafar ibbalzmati fl-istess riserva xi snin ilu.
Bit-tweġiba għall-BLM li ddikjaraw li l-annimali esebiti huma protetti bil-liġi internazzjonali, l-FKNK saħqu li l-qrun tar-rinoċeronte huwa magħmul minn materjal epossidiku tar-reżin u n-nejbiet tal-iljunfanti huma magħmula minn fowm ordinarju,
L-BLM ikkundannat ukoll lis-Segretarjat Parlamentari ta’ Galdes wara li kkollabora ma’ tnejn min-nies li nstabu ħatja li kienu fil-pussess ta’ tajr protett, fosthom tajr tal-priża.
L-FKNK awgurat lill-Federazzjoni tal-Balzmaturi għall-attività li organizzaw.