FKNK: Il-pulizija tissorvelja grupp ta’ fjammingi

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK qalet li wara li ġiet mgħarrfa li dehru Malta grupp ta’ fjamingi, infurmat lis-sezzjoni tal-ALE tal-pulizija.

Fi stqarrija, l-FKNK esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar l-azzjoni immedjata minn naħa tal-pulizija li ssorveljaw l-inħawi fejn kienu għaddejjin dawn il-fjamingi.

Il-Federazzjoni appellat lill-membri tagħha u lill-pubbliku biex jekk jaraw xi illegalità relatata ma’ dawn it-tjur protetti, jirrappurtaw mill-ewwel lill-pulizija fuq 112 jew 21224001.