FKNK: 20 paġna ta’ raġunijiet favur il-kaċċa fir-rebbiegħa

Aktar tard illum l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti se tippreżenta rapport ta’ oġġezzjonijiet fil-Qorti b’rabta mal-firem miġbura għal referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK Lino Farrugia qal li l-Federazzjoni ħejjiet rapport ta’ 20 paġna li fih tagħti raġunijiet legali għaliex ir-referendum m’għandux isir u anke għaliex il-kaċċa fir-rebbiegħa m’għandhiex tispiċċa.
Ma’ Newsbook.com.mt Lino Farrugia saħaq li jekk il-kaċċa fir-rebbiegħa se titwaqqaf, se jkun qed jinkiser dritt ta’ ċittadini ta’ pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea.
Żied jgħid li dan id-dritt ġie kkonfermat mill-Unjoni Ewropea stess fl-10 ta’ Settembru tal-2009.
Farrugia wera t-tħassib tiegħu dwar kif qed isiru l-affarijiet. Qal li wara s-suġġett tal-kaċċa, jistgħu jiġu diskussi suġġetti oħra li jaffetwaw b’mod negatiiv lill-gruppi ta’ minoritajiet oħra f’Malta, fosthom is-sajjieda.