Fkieren ifaqqsu fil-Bajja tal-Mixquqa

Mark Zammit Cordina/ ERA

Read in English.

Madwar 50 fekruna lbieraħ ħarġu mill-bejta tagħhom fir-Ramla tal-Mixquqa (Golden Bay). Dan seħħ matul il-lejl li għadda, seba’ ġimgħat ta’ inkubazzjoni wara li l-fekruna omm biedet f’din il-bajja ramlija.

F’Lulju li għadda
Fekruna tbid f’Golden Bay

Fi stqarrija l-ERA qalet li tinsab fil-b ajja biex tassigura li l-fkieren li għadhom kemm twieldu jkollhom protezzjoni sakemm jaslu fil-baħar. Hija spjegat li kif joħorġu mill-bejta, il-fkieren jimxu lejn il-baħar peress li jkun hemm ir-rifless tal-qamar jidher.

Fil-bajja hemm ukoll voluntiera u membri ta’ Natur Trust,

L-ERA rringrazzjat ukoll lill-Ministeru għall-Ambjent u lill-voluntiera li tul dawn l-aħħar ġimgħat għenu biex jipproteġu l-bejta.

Mark Zammit Cordina/ ERA