F’Kalifornja: Student joqtol persuna u jweġġa’ 2

Minn tal-inqas persuna nqatlet u tlieta oħra weġġgħu wara li persuna fetħet in-nar fi skola f’Kalifornja.

L-isparaturi seħħew fl-iskola Saugas f’Santa Clarita, fit-Tramuntana ta’ Los Angeles, ftit minuti qabel ma bdiet l-iskola. Il-Pulizija qalet li qed iżżomm persuna suspettati fil-kustodja tagħha.

Skont rapporti fil-midja, is-suspettat huwa student ta’ 15-il sena, li jattendi fl-iskola. L-Isptar Henry Mayo qalu li mara mietet filwaqt li żewġt irġiel jinsabu f’kundizzjoni kritika u persuna oħra jinsab f’kundizzjoni stabbli.

Il-pulizija żiedu li s-suspettat qed jingħata l-kura f’isptar lokali u huma se jkunu qed jinvestigaw l-allegazzjonijiet li l-ġuvni kiteb theddid fuq il-midja soċjali.