F’Jannar il-vjaġġi ta’ filgħodu tal-Gozo Channel se jsiru kull nofs siegħa

Il-Kumpanija Gozo Channel qed tavża li minn nhar it-Tlieta 5 ta’ Jannar 2016 sa nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar 2016, il-vjaġġi ta’ filgħodu se jsiru kull nofs siegħa bħal ta’ nhar ta’ Tnejn.
Dan ifisser li l-vjaġġi se jsiru fis-06:00, 06:30, 07:00 u 07:30 mill-Imġarr u fis-06:30, 07:00 u 07:30 miċ-Ċirkewwa, minn nhar it-Tnejn sa nhar Il-Ġimgħa.
Il-vjaġġi l-oħra jibqgħu skont l-iskeda.
Dan it-tibdil qed isir temporanjament minħabba li f’dawk il-jiem l-MV Gaudos se jkun qiegħed għad-docking.