Fiż-Żebbiegħ ifakkru l-koppja anzjana maqtula f’inċident fl-Awstralja

Read in English.

Il-familja ta’ Frank u Carmen Sant ngħaqdet flimkien fiż-Żebbiegħ sabiex tfakkar il-memorja ta’ koppja anzjana Maltija li nqatlet wara inċident fl-Awstralja.

Fuq Facebook bosta kienu dawk li xtaqu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja u rrakkuntaw esperjenzi fejn fihom saru jafu lill-koppja, fejn il-kumment komuni kien kemm kienu koppja b’qalbhom tajba. Oħrajn qalu li wara dan l-inċident, il-Kunsill ta’ Blacktown qal li se jkun qed jagħmel roundabout fit-triq sabiex jiġi eliminat il-periklu.

Aqra: Filmat: Koppja anzjana Maltija tmut f’inċident tat-traffiku

Il-koppja kienu magħrufin bħala Cari u Ċikku u kellhom 81 u 83 rispettivament. Huma mietu wara l-inċident f’Sydney kkawżat minn żagħżugħ ta’ 22 sena li qed jingħat li saq il-karozza tiegħu b’mod traskurat. Il-ħabta kkawżat il-karozza tal-anzjani sabiex ittir u tinqaleb. Hi nstabtet ma’ grada tal-ħadid. Carmen mietet fuq il-post wara li nqabdet fil-karozza, filwaqt li Frank miet aktar tard fl-Isptar ta’ Westmead kawża tal-ġrieħi. Huma kien jinsabu biss ftit tal-minuti ‘l bogħod mid-dar tagħhom.