Fit-Turkija l-Isqof Louis Pelatre jżur wirja dwar il-Ġimgħa l-Kbira f’Malta

Il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija organizza Wirja ta’ Ritratti fuq il-kommemorazzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ġewwa Malta.

Din il-wirja Għall-Ġimgħa Mqaddsa, hija miftuħa għall-pubbliku. Il-Konslu Ġenerali Reuben Gauci u l-familja tiegħu stiednu membri tal-Kommunitá Maltija residenti ġewwa Istanbul sabiex jaraw il-wirja. Żaru ukoll din il-wirja l-Isqof Kattoliku ta’ Istanbul Louis Pelatre u r-Rappreżentant tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija Mehmet Dönmez.

Din il-wirja kienet tikkonsisti f’ ritratti ta’ purċissjonjiet varji madwar Malta. Il-viżitaturi, li żaru l-Knisja ta’ Santa Maria matul il-Ġimgħa Mqaddsa kienu kemm Nsara kif ukoll Musulmani. Il-Knisja ta’ Santa Maria hija mmexxija mill-patrijiet Franġiskani Minuri magħrufa bħala ta’ Ġieżu`.