Fit-Tuneżija curfew nazzjonali mil-lejla

Fit-Tuneżija l-Gvern impona curfew nazzjonali hekk kif saħaq li l-protesti li nfirxu mal-pajjiż huma ta’ theddida għas-sigurtà nazzjonali.
Ir-restrizzjonijiet jidħlu mil-lejla u ħadd mhu se jitħalla joħroġ barra, mit-8.00pm sal-5.00am, ħlief ħaddiema li jaħdmu x-xift ta’ billejl u dawk li jkunu jeħtieġu kura medika urġenti.
Il-protesti kontra l-qgħad infirxu mir-reġjun tal-Majjistral ta’ Kasserine għal diversi bliet u rħula.
Persuna minn kull tliet żgħażagħ fit-Tuneżija hi bla xogħol u 62% ta’ dawk iggradwati ma jistgħux isibu xogħol.
Is-sitwazzjoni marret għall-agħar wara r-rivoluzzjoni tal-2011.