Fit-Tibet ħaddiema jintradmu f’minjiera

Fit-Tibet, mijiet ta’ ħaddiema ta’ salvataġġ qed ikomplu bil-ħidma tagħhom biex isalvaw madwar 83 ħaddiem tal-minjieri, wara li ntradmu taħt massa ta’ materjal li iżżerzaq għal fuq fejn kienu qed jaħdmu.  L-inċident seħħ qrib il-kapitali Lhasa.

Il-mezzi tal-komunikazzjoni ta’ l-Istat Ċiniz qalu li mal-elf pulizija, ħaddiema tat-tifi tan-nar u tobba ntbagħtu fuq il-post tad-diżastru.   Il-post ġie meqrud għal kollox minn tunnellati ta’ blat. 

F’każ separat, splużjoni ta’ gass f’minjiera tal-faħam f’Jilin ilkkawża l-mewt ta’ 28 persuna.

Il-minjiera f’Baboa fil-belt ta’ Baishan hija mmexxija mill-grupp immexxi mill-istat Tonghua.

Tlettax-il ħaddiem ieħor ġew salvati ftit wara l-isplużjoni.

Il-minjiera f’Tibet tar-ram, kif ukoll ta’ ftit fidda  u deheb,  hija tal-grupp sussidjarju tal-istat China National Gold Group.

Il-President taċ-Ċina XI Jinping ordna l-awtoritajiet biex isiru l-isforzi kollha possibbli sabiex igħinu fl-operazzjoni ta’ salvataġġ.