Fit-Tanżanija għexieren mirduma taħt bini li ġġarraf

Fit-Tanżanija, mill-inqas 3 persuni mietu u għexieren oħra sfaw mirduma meta bini għoli ġġarraf fil-kapitali Dar es Salaam. Tlettax-il persuna nħarġu ħajjin minn qalb it-tiġrif. Madwar 45 persuna, inkluż ħaddiema tal-kostruzzjoni, residenti u tfal minn skola huma rrapurtati nieqsa. Il-bini għoli 12-il sular li kien għadu fi stadju ta’ kostruzzjoni issa huwa f’kaos kbir. Rapporti jgħidu li persuni mirduma ċemplu lill-ħbieb u l-qraba tagħhom.