Fit-Tajlandja: Joħorġu jipprotestaw wara li l-Qorti xxolji partit

Mijiet ta’ attivisti niżlu fit-toroq ta’ Bangkok fit-Tajlandja jipprotestaw kontra d-deċiżjoni tal-Qorti li xoljiet it-tieni l-akbar partit f’inqas minn sena mill-elezzjoni fiha ntemm id-dittatorjat militari.

Il-Ġimgħa l-Qorti xoljiet il-Partit Future Forward, li kellu aktar minn sit miljun vot. Il-Qorti waqqfet lil 16-il partit ieħor milli jipparteċipaw f’elezzjonijiet għal 10 snin. Wieħed minn dawn il-partiti huwa l-partit tal-biljunarju Thanathorn Juangroongruangkit li min-naħa tiegħu ċaħad dak li għamel.

L-għaqda tal-istudenti fl-Università ta’ Thammasat fit-Tajlandja sejħet għall-protesta kontra d-deiċżjoni tal-Qorti. Il-Partit Future Forward huwa l-aktar popolari maż-żgħażagħ.

Il-President tal-għaqda tal-istudenti qal li din il-protesta qed issir biex minħabba l-inġustizzja fil-pajjiż.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ twissija li permezz ta’ dawn il-protesti jista’ jkompli jixerred il-coronavirus fit-Tajlandja. S’issa hemm 35 persuna infettati f’dan il-virus fit-Tajlandja.