Fit-Taiwan: Jinfetaħ l-ewwel Barbie Kafè

Kafè, tè, ħelu, ikel, siġġijiet, imwejjed, twapet u muntanja tull. Kollox u bilfors ta’ lewn roża. Dan hu l-menu tal-ewwel Barbie Kafè li jinsab fit-Taiwan.

Il-ħanut, li hu ddedikat għall-iktar pupa famuża fid-dinja ġie jiswa iktar minn miljun ewro. Dan hu l-ewwel ħanut awtorizzat minn Mattel, il-kumpanija li weldet lil Barbie.

“Kull tifla xi darba jew oħra kellha jew xtaqet pupa ta’ Barbie”, qal Henry Chiu, is-sid tal-kafetterija – “Barbie tirrappreżenta ħolma u aħna rridu nagħmluha realtà, billi noħolqu il-ħanut tal-fantażija”.