Fit-3am kien Pjazza San Pietru biex isib post quddiem

Kif spiċċat il-quddiesa tal-bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Franġisku fi Pjazza San Pietru, Newsbook iltaqa’ ma’ Joe miż-Żurrieq li kien ilu fil-pjazza mit-3 ta’ filgħodu biex jilħaq post quddiem biex jara l-Papa. Huwa kien fost mijiet ta’ Maltin li maru Ruma apposta għal din l-okkażjoni.

Filwaqt li kien qed iġorr bandiera Maltija kbira fuq spallejh, Joe qal li kien qed iħossu emozjonat ħafna bl-esperjenza li kien għex flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini li nġabru minn madwar id-dinja għal dan il-jum speċjali. Għalih din l-esperjenza hi dejjem tagħlima ta’ kif nies minn kulturi differenti għandhom jinsew id-differenzi u jingħaqdu flimkien.

Joe mar l-ewwel darba l-Vatikan meta miet il-Papa Ġwanni Pawlu II u kien raqad fit-triq biex jilħaq post.