Fis-Sudan t’Isfel hemm bżonn il-paċi biex jirritornaw ir-refuġjati

Mgr. Daniel Adwok Kur (Auxiliar
Mgr. Daniel Adwok Kur (Auxiliary Bishop of Khartoum in Sudan)

Read in English.

“L-akbar rigal” jista’ jasal mit-taħditiet bejn il-President tas-Sudan t’Isfel u l-mexxej tar-ribelli, u jkun paċi dejjiema biex in-numru kbir ta’ refuġjati jkunu jistgħu jirritornaw lejn djarhom.

Din hi l-fehma tal-Isqof Awżiljarju Daniel Adwork Kur ta’ Khartoum li jaħdem fost dawn ir-refuġjati. Rapporti jgħidu li madwar erba’ miljun persuna telqu minn djarhom minħabba l-ġlied fil-pajjiż u jinsabu ddisprati għal ikel, mediċina u kenn.

L-Isqof tkellem dwar il-ħidma pastorali li qed jagħmel fir-reġjun ta’ Kosti fejn madwar 200,000 persuna qed jgħixu f’disa’ kampjiet tar-refuġjati u qed isegwu mill-qrib il-laqgħat li qed isiru din il-ġimgħa fl-Etjopja bejn il-President Sudaniż Salva Kiir u l-Kap tar-ribelli Reik Machar, bit-tama li jsibu ftehim għall-paċi għal dan il-pajjiż mifni bil-ġlied fejn sal-lum hu kalkulat li mietu aktar minn 50,000 persuna.