Fis-Somalja; sentenza għall-mewt għall-qattiela ta’ Paul Formosa

L-irġiel li kienu akkużati bil-qtil tal-Malti Paul Formosa ġewwa s-Somalja fi Frar, inqatgħatilhom is-sentenza għall-mewt mit-tribunal militari Somalu. Is-sit Africa News kien irrapporta li Paul Anthony Formosa, kien jaħdem bħala Maniġer ma’ P&O ports li hija kumpanija sussidjarja taħt DP World, ibbażata fl-Emirati Arab Magħquda.

AQRA: Maniġer Malti assassinat fis-Somalja

Al-Shabaab qalu li Formosa kien fil-pajjiż b’mod illegali, iżda dan kollu ma ġiex aċċettat mill-awtoritajiet. Issa ħames xhur wara, is-sit Garowe Online qed tirrapporta li l-membri ta’ Puntland Maritime Police Force inqatgħatilhom is-sentenza għall-mewt.

Wieħed mill-persuni li qatel lil Formosa miet fuq il-post waqt l-attakk minħabba li ntlaqat minn tir f’rasu. Persuna oħra wkoll mietet ftit tal-ħin wara tal-attakk fi sptar minħabba l-ġrieħi li ġarrbet.

Wara l-aħbar tal-qtil ta’ Formosa, bintu kienet iddeskriviet kemm missierha kien raġel sew, li dejjem għen lil ta’ madwaru f’kwalunkwe pajjiż li kien jaħdem fih. Kompliet tgħid li dejjem offra pagi ġusti lill-ħaddiema.

AQRA: Paul Anthony jingħata l-aħħar tislima fis-Somalja

Il-funeral sar it-Tnejn 18 ta’ Frar fid-9am fil-Parroċċa Sant’Anna f’Marsascala. Qabel ingħatatlu l-aħħar tislima, il-militanti Iżlamiċi ta’ Al-Shabaab kienu kkonfermaw li huma l-moħħ wara dan l-attakk. Fil-passat huma wettqu attakki simili fuq persuni fil-lokali u espatrijati li jaħdmu fil-pajjiż.

AQRA: Titħabbar id-data tal-funeral tal-Malti maqtul fis-Somalja

Fl-omelija, il-qassis iddeskriva lil Paul bħala ġentlom u raġel soċjevoli għall-aħħar. Qal li hu kien raġel ferrieħi li kien jgħin lil dawk ta’ madwaru.

AQRA: “Il-ferħ ta’ Paul kien jittieħed”; isir il-funeral ta’ Paul Formosa