Fis-Somalja xxukkjati bil-qtil tal-ġurnalista Rahma Abdulkadir

Fis-Somalja, il-Mibgħut Speċjali tal-Ġnus Magħquda Augustine Mahiga esprima d-dispjaċir tiegħu u qal li huwa xxukkjat jisma’ bil-qtil tal-ġurnalista Rahma Abdulkadir. Huwa talab sabiex dawk responsabbli tal-qtil ta’ Abdulkadir jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Abdulkadir kienet taħdem ma l-istazzjon tar-radju Abuwaq u kien irrapurtat li nqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar minn persuni mhux magħrufa fl-24 ta’ Marzu li għadda, fid-distrett ta’ Yaqshid f’Mogadishu.

Abdulkadir kienet it-tielet persuna li taħdem fil-ġurnaliżmu maqtula din is-sena fis-Somalja. Is-sena li għaddiet inqatlu 18-il ġurnalista f’dak il-pajjiż.