Fis-Sirja hemm l-agħar katastrofi umanitarja wara t-Tieni Gwerra Dinjia

In-Nunzju Appostoliku f’Damasku, il-Kardinal Zanardi, isostni li l-paċi fir-reġjun hi possibbli jekk iż-żewġ potenzi ewlenin, l-Iran u l-Arabja Sawdita, ipoġġu madwar l-istess mejda u jitkellmu. L-Istat Islamiku (ISIS) hu problema serju iżda ma hux il-kawża tal-konflitt.
Il-Kardinal Zanardi ilu Nunzju Appostoliku mindu kien għad għandu 18-il sena u għal dawn l-aħħar 37 sena, dar id-dinja iservi lill-Knisja f’din il-kariga. Iżda l-esperjenza tiegħu fis-Sirja  hi l-aktar waħda delikata għax mhux biss hemm gwerra ċivili fin-nofs imma s-sitwazzjoni hi aktar komplikata minn hekk.
Issa ilu tmien snin Nunzju fis-Sirja fejn isostni li n-nies komuni huma maqbuda fl-agħar katastrofi umanitarja mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn. Uffiċjalment f’dan il-konflitt mietu 400,000 persuna, iżda skont il-Kardinal Zanardi ħafna oħrajn mietu minħabba nuqqas ta’ kura adegwata.
Huwa qal li l-problema tas-Sirja ġejja mill-konflitt qawwi li hemm bejn diversi pajjiżi fir-reġjun li jekk ipoġġu madwar mejda, jiddiskutu bis-serjeta’ u jaqblu il-problemi tas-Sirja, l-Iraq u l-Yemen jistgħu jissolvew. Il-problema tal-ISIS hi waħda separata u kulħadd jaqel li din għandha tkun miġġielda u illum jew għada tkun solvuta.
Min-naħa tagħha il-Knisja Kattolika qed taħdem ħafna fil-qasam umanitarju billi numru ta’ djar, skejjel u sptarijiet tkissru fil-ġlied. Fil-pajjiż hemm mal-5 miljun refuġjat. 85% tal-popolazzjoni tgħix fil-faqar, aktar min-nofs l-isptarijiet ma jistgħux jintużaw, skola minn kull tlieta huma magħluqa, żewġ terzi tal-popolazzjoni ma għandhomx aċċess għall-ilma tax-xorb.
Hu stmat li nofs il-popolazzjoni nisranija kellha tarħrab mill-pajjiż. F’Aleppo kien hemm 150,000 nisani u llum hemm biss 40,000. In-nuqqas tagħhom mhux biss telf għall-Knisja imma għas-soċjeta’ kollha kemm hi.
“Issa hemm bżonn li l-armi u jisparar jisktu u jinfetħu t-toroq għall-għajnuna umanitarja”, qal il-Kardinal Zanardi. Kompla li hemm tliet sptarijiet tal-Knisja li qed jaħdmu. Imma dawn iridu l-flus biex jiffunzjonaw u l-poplu m’għandux mnejn iħallas. Biżżejjed tara l-kontijiet tad-dawl u d-diesel li huma għoljin ħafna.  Għalhekk se jkunu mnedija inizjattivi għall-ġbir ta’ fondi biex dawn l-isptarijiet ikunu jistgħu jibqgħu miftuħa u joffru kura bla ħlas lill-foqra u lill-morda.