Fis-sigħat li ġejjin Mnangagwa jista’ jinħatar President taż-Żimambwe

Emmerson Mnangagwa, li sa jiem ilu kien id-Deputat President taż-Żimbabwe, mistenni jirritorna fil-pajjiż u fis-sigħat li ġejjin jista’ jinħatar bħala l-President il-ġdid.
Dan wara li lbieraħ, Robert Mugabe, li kien ilu President mill-indipendenza tal-1980, irriżenja.
Kollox beda meta Mugabe keċċa lil Emmerson Mnangagwa bil-ħsieb tiegħu ikun li l-President ta’ warajh tkun martu stess.
Dan wassal biex l-armata ħadet kontroll tal-pajjiż b’Mugabe jinżamm arrestat f’daru sakemm aċċetta li jirriżenja.
Darba Mugabe kien qal li “Alla biss” jista’ jneħħih.
Intant, eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq u mal-lejl baqgħu ma qatgħux iċ-ċelebrazzjonijiet.