Fir-Rumanija: jinqeleb bastiment li kien qed iġorr 14,000 nagħġa

ISU Constanta

Bastiment tat-tagħbija li kien qed iġorr aktar min 14,000 nagħġa inqeleb barra l-kosta Rumena. Xi ħaddiema tas-salvataġġ ippruvaw jagħtu l-għajnuna biex isalvaw in-nagħaġ.

Il-bastiment li jismu The Queen Hind inqaleb aktar kmieni llum wara li telaq mill-port ta’ Midia, qrib Constanta, li qegħda fuq il-costa tal-Baħar l-Iswed.

Il-membri tal-ekwipaġġ – 22 Sirjan – ingħataw l-għajnuna u salvaw. L-operazzjoni li tinvolvi l-pulizija, l-membri tat-tifi tan-nar u gwardjani tal-kosta Rumeni marru fuq il-post jagħtu l-għajnuna biex isalvaw in-nagħaġ.

Kelliema għas-servizzi t’emerġenza ta’ Constanta qalet lill-BBC li diġà rnexxielhom isalva numru żgħir ta’ nagħaġ li kienu qed jgħumu fil-baħar.

Min-naħa l-oħra, membru wieħed biss mill-ekwipaġġ spiċċa ttieħed l-isptar għax kien qed isofri mill- ipotermja.

Għadu mhux magħruf x’ġiegħel lill-vapur jinqeleb.