Fir-Repubblika Ċentrali Afrikana reġa’ kien hemm ġlied fil-kapitali

Fir-Repubblika Ċentrali Afrikana reġa’ kien hemm ġlied fil-kapitali b’rapport mhux konfermati jgħidu li ribelli daħlu fil-palazz tal-President Francois Bozize.

Matul il-lejl kien hemm rapporti ta’ sparar u splużjonijiet. Qed ikun allegat li r-ribelli Seleka ħadu f’idejhom il-palazz tal-president. Dawn ilhom minn Diċembru jakkużaw lill-President Bozize li falla milli jonora pjan ta’ paċi.