Fir-Renju Unit tifla tmut f’bajja wara li splodiet trampoline

Tifla mietet fil-bajja Gorleston fir-Renju Unit wara li trampoline milli jintefħu sploda bis-sħana waqt li kienet qiegħda tilgħab fuqu.

Skont xhieda preżenti fuq il-bajja, l-isplużjoni tat-trampoline ramiet lit-tifla madwar żewġ sulari.

L-inċident ġara għall-ħabta tal-11:15am.

It-tifla ttieħdet l-isptar fejn għamlet xi sigħat tissielet għal ħajjitha, madanakollu il-Pulizija ta’ Norfolk ikkonfermaw il-mewt tagħha fis-2:15pm.

L-inċident seħħ fuq sit operat minn Bounce About, u jikkonsisti f’erba’ ġugarelli li jintefħu.