Fir-Renju Unit pazjenti trasferiti lejn lukandi biex ilaħħqu mal-każi ta’ Covid-19

Tom Cat One - Creative Commons

Il-ġurnal The Guardian qed jirraporta kif eluf ta’ pazjenti li bħalissa hemm fl-isptarijiet Ingliżi qed jiġu trasferiti f’lukandi jew djarhom qabel iż-żmien biex jagħmlu spazju għal dawk li jbatu minn Covid-19 li għandhom bżonn kura intensiva .

Skond dan ir-rapport, il-kapijiet tal-isptarijiet fl-Ingilterra għandhom il-ħsieb li jibdew joħorġu pazjenti kmieni f’rati bla preċedent, bħala miżura ta’ emerġenza biex jkun hemm biżżejjed spażji għall-kontinġenza fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza li hemm bħalissa fir-Renju Unit.

Dokumenti li qed jirreferi għalihom il-ġurnal The Guardian żvelaw ukoll li l-s-servizz tas-saħħa Ingliż qed jitlob djar tal-kura biex jibdew jaċċettaw pazjenti ta’ Covid direttament mill-isptarijiet u mingħajr test negattiv riċenti, sakemm ilhom 14-il jum iżolati u ma wrew l-ebda sintomi ġodda.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn