Fir-Renju Unit: Arrestat wara li tela’ fuq ferrovija b’sikkina kbira

Raġel li tela’ fuq ferrovija b’sikkina kbira fir-Renju Unit ġie arrestat mill-Pulzija.

Skont il-BBC, il-Pulizija qalu li r-raġel tela’ fuq il-ferrovija b’machete twila aktar minn 38 ċentimetru waqt li kien qed jivjaġġa bejn Colchester u Witham f’Essex il-lejl li għadda. Machette hija sikkina wiesgħa u tqila użata bħala għodda għall-qtugħ u anke bħala arma.

Pulizija tat-Trasport tar-Renju Unit telgħu fuq il-ferrovija wara li rċevew rapporti u minn hemm għamlu s-sejba. Minkejja li ħarġu t-taser tagħhom, jidher li s-sitwazzjoni kkalmat qabel ma kellhom bżonn jagħmlu użu minnu.

Ir-raġel residenti Londra qed jinżamm arrestat fuq suspett ta’ żewġ offiżi.