Fiorentina inkwetati li Chiesa jista’ jħallihom

Fiorentina jinsabu anzjużi dwar it-tiġdid tal-kuntratt tal-plejer tagħhom Federico Chiesa.
Dan tal-aħħar bħal qisu qed jikkontempla xi offerti li qed isirulu mingħand klabbs oħrajn fosthom Napoli u ManchesterUnited.
Bħalissa Chiesa qed jaqla’ madwar  €400,000 kull staġun u dawn il-klabbs lesti joffrulu somma aħjar.
Il-plejer żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħaqad ma’ Fiorentina l-istaġun li għadda fejn skorja tliet gowls f’27 partita. Il-klabb vjola ma jixtiqx ibigħ lil dan il-plejer wara li ra t-tluq tal-fenomenu Federico Bernardeschi ma’ Juventus. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.