Fiorello għandu iktar punti mill-Inter

Il-showman Taljan Rosario Fiorello lbieraħ kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar minħabba li waqa’ minn fuq il-mutur wara li tajjar anzjan ta’ 72 sena li kien qed jaqsam it-triq f’Ruma.

La r-raġel mtajjar u lanqas Fiorello ma jinsabu fil-periklu imma Fiorello qattgħu ftit ħin fit-Taqsima tal-Kura Intensiva minħabba li qala’ daqqa f’rasu u għal ftit ħin ma ftakarx xi ġralu.

Kellhom ukoll jagħmlulu 20 punt f’rasu.

Anke f’mument serju Fiorello jirnexxielu jkun ċajtier.  Meta ġie f’sikktu, lil sieħbu qallu “Qed tara, fl-aħħar għandi iktar punti mill-Inter.”