Finali Tazza tad-Dinja: Benedittu vs Franġisku

Il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ nhar il-Ħadd li ġej se tpoġġi miljuni ta’ Kattoliċi fuq ix-xwiek – u dan biex ma nsemmux il-ħaddiema tal-Vatikan.
Tgħid se jżommu mal-Arġentina, art twelid il-Papa Franġisku jew mal-Ġermanja, pajjiż Benedittu?
Il-Ġermanja rnexxielha tagħmilha fil-finali nhar it-Tlieta li għadda meta umiljat u eliminat lill-Brażil bl-iskor ta’ 7-1.
Ilbieraħ filgħaxija l-Arġentina għelbet lill-Olanda grazzi għall-penalties.
Ovvjament, iż-żewġ Papiet għandhom ħafna aktar affarijiet importanti fuq xiex x’jaħsbu bħalissa iżda malli l-Arġentina rebħet is-semifinali, Facebook u Twitter imtlew bi stampi umoristiċi taż-żewġ Papiet jiddiskutu bejniethom dwar min se jirbaħ il-finali.
Tgħid Benedittu u Franġisku se jaraw il-finali flimkien?