Fin-Nigeria 20 student jinqatlu waqt attakk fi skola

Fin-Nigeria, numru ta’ persuni armati daħlu fi skola u fetħu n-nar bil-konsegwenza li nqatlu 20 student. Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta wkoll li erba’ studenti soffrew minn ġrieħi gravi.       

L-attakk seħħ fl-istat ta’ Yobe li huma magħruf għal grupp ta’ estremisti Iżlamiċi Boko Haram, li regolarment jorganizzaw attakki simili.

Minkejja kollox s’issa l-ebda grupp għadu ma ddikjara li huwa responsabbli.

Ix-xahar li għadda, fl-istess stat, il-grupp Boko Haram attakka skola u ħalla seba’ studenti u żewġ għalliema maqtula.