Filmat: Films x’nistennew għall-2020

Issa li bdejna sena ġdida jkun hemm bosta segwaċi tal-films li jistennew dawk il-films li ssemmew bil-bosta matul l-aħħar sena waqt li jkunu jinħadmu u għalhekk issa qed jistennewhom bl-akbar ħerqa.

Fl-aħħar se nkunu nistgħu naraw il-film li jmiss fis-sensiela dwar James Bond. Il-film No Time to Die hu tad-direttur Cary Fukunaga li jieħu post Danny Boyle  waqt li Daniel Craig jirritorna forsi għall-aħħar darba fil-parti ta’ 007.

Imbagħad hemm il-film tants mistennija Bad Boys u Coming to America 2 waqt li Tom Cruise jerġa’ jtellaq fis-smewwiet f’Top Gun: Maverick.

Wonder Woman terġa’ tidħol bil-Wonder Woman 1984 u Black Widow ta’ Scarlett Johansson tagħti bidu għall-Marvel’s Phase Four.

Minkejja dan mhux il-films mistennija se jkunu sequels ta’ films oħra jew reboots għax hemm films oriġinali. Jekk int fan mużikali se titpaxxa b’In The Heights ta’ Lin-Manuel Miranda tad-direttur li kien tana Crazy Rich Asians, Jon M. Chu.

Barra minn hekk ser ikollna numru kbir ta’ thrillers ġodda, films tal-biża’, cartoons u avventuri ta’ azzjoni.

Xi films li ħerġin f’Jannar

Fis-17: DoLittle b’Robert Downey Jr, Michael Sheen u Antonio Banderas.

Fl-24: The Gentlemen b’Matthew McConaughey, Charlie Hunnam u Michelle Dockery.

Fil-31: The Rhythm Section bi Blake Lively, Jude Law u Sterling K. Brown.