Matul din il-ġimgħa l-istazzjon Canale 5 se jkun qed ixandar għażla ta’ films tal-Milied għall-familja kollha.
It-Tnejn 23 ta’ Diċembru
2.10pm: The Christmas Secret (Seguendo una Stella)

Christine tmur tgħix fil-belt ta’ Wilsonville bil-ħsieb li tibda ħajja ġdida u ‘l bogħod mill-eks żewġha li jrid jieħu l-kustodja ta’ binhom. Hawnhekk hi tiltaqa’ ma’ Jason…
4.45pm: The Christmas Spirit (Lo Spirito di Natale)

Nicollette Sheridan fil-parti ewlenija f’dan il-film dwar tfajla li tispiċċa f’koma wara inċident u l-ispirtu tagħha issa jkollu missjoni biex isalva belt milli tkun żviluppata
It-Tlieta 24 ta’ Diċembru
2.10pm: A Family for Christmas

Tfajla jkollha konversazzjoni ma’ wieħed liebes ta’ Father Christmas waqt party u l-għada tqum u ssib ruħha miżżewwġa ma’ kollega tagħha u li jkollhom it-tfal.
4.45pm: The Christmas Note (Lettera di Natale)

Film tal-2015 li jlaqqagħna ma’ Gretchen li tirrealizza li ħajjitha tkun fi stat diżastruż. X’se tagħmel issa li jkunu qed joqorbu l-festi tal-Milied?
L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru
1.40pm: After The Ball (Cenerentola in Passarella)

Film fuq stil ta’ Cinderella fejn tfajla tkun maħqura mill-mara ta’ missierha, u issa jkun f’idejha biex tipprova ssalva l-kumpanija ta’ missierha minn falliment.
4.45pm: Raising Helen (Quando Meno te lo Aspetti)

Mara li jkollha karriera tiffaċċja taqliba sħiħa f’ħajjitha.
Il-Ħamis 26 ta’ Diċembru
2.10pm: Saving Santa (Il segreto di Babbo Natale)

Assistent ta’ Santa Klaws isib ruħu f’tellieqa jkontra l-ħin biex isalva lil Father Christmas… u l-Milied!
4.45pm: Naughty or Nice (La Lista di Natale)

Bi żball mara tiġi fil-pussess ta’ ktejjeb ta’ Father Christmas li jkun fih id-dettalji ta’ nies li hi taf, u b’hekk issir taf min kien bilgħaqal, u min ma kienx!
Il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru
2.10pm: Karen Kingsbury’s Maggie’s Christmas Miracle (Il Miracolo di Natale di Maggie)

Maggie hija single mother li hekk kfi joqorbu l-festi tal-Milied tiffaċċja bosta inċidenti sfortunati. Anki binha sejjer ħażin fl-iskola u għalhekk tqabbad raġel beix jgħinu fl-istudju tiegħu.
4.45pm: Ice Sculpture Christmas (Il Sogno di Una Vita)

David jiddeċiedi li jdaħħal ħabiba tiegħu f’konkots tal-iskultura, iżda s-sitwazzjoni tikkomplika ruħha meta l-imgħallem tiegħu jidħol ukoll fl-istess kompetizzjoni.