Filmati: Il-ħerba li għamel il-maltemp fil-Gżejjer Maltin

Aġġornat 10:02 PM

Malta spiċċat mgħerrqa mill-maltemp għat-tieni darba fi ftit jiem. Skont il-bassara tat-temp jidher li l-maltempati bir-ragħad b’xita qawwija, riħ qawwi u possibilment anke silġ se jkomplu jaffetwaw xi nħawi tal-Gżejjer Maltin għalissa.

Triq Diċembru 13. Ritratt MRTU

Sadanittant is-sewwieqa qed ikunu appellati biex jevitaw akwati fejn jinġema’ l-ilma minħabba li dan iżid il-periklu fit-toroq. Diversi akkwati, fosthom l-Imsida, Pembroke, il-Gżira, il-Mosta u Triq Diċembru 13 fil-Marsa huma mgħarrqa bl-ilma. S’issa l-lokalitajiet kollha f’Għawdex u diversi oħra f’Malta laħqu l-50mm ta’ xita, b’ħafna mistennija jilħqu l-100mm sal-lejla, skont il-bassara tat-temp.

Anyone who follows us knows we are not ones to exaggerate, but the current situation is not one to be taken lightly,…

Posted by Maltese Islands Weather on Monday, September 14, 2020
Pembroke, Ritratt MRTU

Fl-Imsida donnu tant kien hemm ilma, li nqalgħu l-pjanċi ta’ għadd ta’ karozzi. Ritratt tagħhom ittella’ fuq il-midja soċjali.

Il-periklu kompla jiżdied hekk kif diversi tappieri fit-toroq faru u nfetħu. Skont il-bassara tat-temp in-nuqqas ta’riħ fl-għoli tal-atmosfera, kif ukoll il-baħar b’temperatura għolja qed jagħmilha aktar faċli li jkollna maltempati oħra fil-ħin li ġej.

Passiġġiera fuq tal-linja fil-Gżira.

Ix-Xlendi spiċċa mgħarraq ukoll:

Video Johan Bugeja… Xlendi Għawdex

Posted by Aġġornament tat-temp on Monday, September 14, 2020
Xlendi – Ritratt: MRTU

Il-Mosta fl-akkwati tal-Knisja kif ukoll il-Marsa taħt il-flyovers spiċċa mgħerreq ukoll. Minħabba l-maltemp diversi lokalitajiet, fosthom Ħaż-Żebbug, Ħal Qormi, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Wardija, il-Bidnija, Ħal Luqa, Ħal Tarxien and l-Gudja spiċċaw mingħajr elettriku. Enemalta ħarġet stqarrija fejn qalet li l-ħaddiema tagħha qed jaħdmu biex isewwu dawn il-ħsarar malajr kemm jista’ jkun.

Enemalta plc would like to inform the public that due to the current weather conditions, it has experienced a fault on…

Posted by Enemalta plc on Monday, September 14, 2020

Intant, f’Buġibba, jidher li l-maltempata għamlet ħerba mill-art ta’ gallarija peress li jidher, minn ritratt li xxerred fuq Facebook, li l-art inqalgħet kważi kompletament.

Somewhere in Bugibba this evening 😳

Posted by Philip PH on Monday, September 14, 2020

L-ewwel xita tikxef ix-xogħlijiet bla pjan fit-toroq ta’ pajjiżna– PN

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li hekk kif matul dawn il-ġranet għamlet l-ewwel xita tal-istaġun, diversi toroq madwar pajjiżna, saħansitra uħud minnhom li għadhom kemm saru mill-Gvern, spiċċaw jgħerqu bl-ilmijiet tax-xita.

Il-PN sostna li dan huwa n-nuqqas ta’ ppjanar serju u fit-tul fix-xogħolijiet li qed isiru, u li wassal biex diversi toroq ewlenin f’pajjiżna u li jintuzaw minn eluf ta’ persuni kuljum għerqu kompletament. Dan qed isarraf kemm fi ħsarat għall-vetturi li jgħaddu minnhom kif ukoll għal propjetajiet li jinsabu f’dawn it-toroq.