Filmati: Żewġ Maltin f’semifinali wieħed tal-Eurovision 2018

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=l-2j1bIiBFs]

Jessika l-kantanta Maltija hija l-kantanta li din is-sena rebħet il-finali ta’ San Marino u se tkun qed tirrapreżenta lil dan il-pajjiż fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej.
Dak li ġara meta Keith Camilleri rrappreżenta lill-Iżvizzera, se jiġri din is-sena wkoll fejn Maltija oħra se tirrappreżenta lil pajjiż barrani fil-Eurovision.
Dan ifisser li ma' Christabelle se jkun hemm Maltija oħra tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision.
Magħha fl-istess tellieqa f'San Marino kien hemm ukoll il-Malti Franklin Calleja.
Il-kanzunetta ta' Jessika jisimha Who We Are.