Filmati: Xi spikka l-aktar fl-Isle of MTV?

Emma Muscat tkanta Italja

Read in English.

Wara s-suċċess li kien il-kunċert tal-Isle of MTV ilbieraħ, ħafna mill-artisti li pparteċipaw urew is-sodisfazzjon tagħhom lejn l-udjenza u lejn Malta fuq il-midja soċjali.

Il-prestazzjoni tant mistennija ta’ Jason Derulo kienet fost l-aktar li spikkaw tul il-lejla, li qajmet ċapċip u kant li tarrxu l-Fosos tal-Furjana.

Hailee Steinfeld, kantanta u attriċi magħrufa għall-films Pitch Perfect, li qalet li kienet emozzjonata ħafna meta semgħet lill-udjenza tkanta magħha.

Id-DJ Sigala xerred ritratt tiegħu fuq l-istejġ ftit ħin qabel beda l-kunċert.

Il-Maltija Emma Muscat, li kienet waħda mill-artisti lokali li fetħu s-serata, qasmet xi ritratti fuq il-profil tagħha ta’ Facebook.